Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ f’Monte Carlo

Max Verstappen ta’ RedBull Racing rebaħ il-Grand Prix ta’ Monte Carlo, biex b’hekk qabeż lil Lewis Hamilton f’ ras il-klassifika tas-sewwieqa għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Hu żamm fl-ewwel post tul it-tellieqa kollha, wara li Ferrari ma rnexxielhomx jsewwu problema fil-karozza tar-rebbieħ tal-Pole Position Charles Leclerc. Minkejja dan sieħbu ta’ Ferrari Carlos Sainz temm fit-tieni post, segwit minn Lando Norris ta’ McLaren fit-tielet post.

Fir-raba’ post temm il-Messikan ta’ RedBull Sergio Perez, filwaqt li Sebastian Vettel spiċċa fil-ħames post. Pierre Gasly daħal fis-sitt post filwaqt li Lewis Hamilton rnexxielu jidħol biss fis-seba’ post, segwit minn Lance Stroll u Esteban Ocon fit-tmien u d-disa’ post rispettivament. Fl-għaxar post temm it-Taljan ta’ AlfaRomeo Antonio Giovanizzi.