Internazzjonali

ITALJA: 14-il persuna jitilfu ħajjithom wara li waqgħet cable car – imut wieħed mit-tfal

Ritratt - Sky News

14-il persuna mietu filwaqt li tifel indarab serjament wara li cable car ġġarrfet fit-Tramuntana tal-Italja ħdejn il-Lago Maggiore. Fost il-midruba kien hemm żewġt itfal ta’ 5 u 9 snin, li wieħed minnhom tilef ħajtu.

L-inċident seħħ fil-belt turistika ta’ Stresa fir-reġjun tal-Piemonte.

Il-midja Taljana rrappurtat li żewġt itfal ittieħdu lejn l-isptar f’Turin. U wieħed minnhom miet tard illejla. L-ieħor għadu qed jissielet għal ħajtu.

L-awtoritajiet Taljani qed jinsistu li ma kienx hemm problemi serji fl-operat tal-cable car. Inkjesta għadha trid tistabbilixxi x’seħħ eżatt biex ċeda wieħed mill-cables tas-sistema.