“Politika għan-nies tfisser li l-ekonomija tkun qed taħdem għan-nies… li persuna taħdem u tirsisti u u tasal għax hi kapaċi”. Sostna dan il-Kap tal-PN Berrnard Grech waqt intervista li saritlu minn Keane Cutajar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech beda din l-intervista billi faħħar l-wirja spettakolari ta’ Destiny li kienet konferma tat-talent kbir li għandha din il-kantanta żagħżugħa. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa qal li huwa importanti li l-arti tkun apprezzata fejn fil-miżuri li jittieħdu l-arti tingħata prijorità.
Bernard Grech qal huwa evidenti li għal dan il-Gvern l-arti mhix prijorità… “l-arti mhux biss enternaintment iżda hija l-ħobża ta’ kuljum ta’ diversi persuni.” Huwa qal li żgur li l-artisti ma jistgħux jitħallew hekk… l-arti hija espressjoni u jrid ikollok l-platfrom fejn tista’ turiha.
Dwar Carmelo Abela, il-Kap tal-PN qal sal-lum għadu ma jemmix lil Abela… fejn l-ewwel qal li ma jistax jiftakar li xehed u issa qed jgħid li jiftakar. Il-PM għandu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb isem pajjiżna, għalhekk l-inqas ħaġa li jista’ jagħmel hija li jitolbu li jirriżenja sakemm titlesta l-investigazzjoni għax dan kollu qed iħalli effett negattiv fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Bernard Grech tkellem dwar l-iżbilanċ fix-xandir tal-istat, hekk kif ix-xandir għandu l-obbligu li jiffunjzona għall-ġid tal-Maltin kollha u jwassal l-aħbar kif inhi.
Il-Kap tal-PN qal li huwa evidenti li l-clusters diġà qed jaħdmu. Huwa qal li l-PN beda bil-qasam tal-eneġija għax hija d-direzzjoni ta’ fejn irid imur il-Partit. Wara dan is-settur, il-PN tkallem fuq it-turiżmu.. iżda l-ħidma ma tiqax hawn hekk l-PN se jkompli joħroġ iktar policis f’diversi setturi differenti fosthom fl-ambejnt hekk kif dan huwa prijorità assoluta.
Bernard Grech sostna li politika għan-nies tfisser li l-ekonomija tkun qed taħdem għan-nies, li persuna taħdem u tirsisti u u tasal għax hi kapaċi u jkollha kwalità ta’ ħajja aħjar ta’ kwalità.
Dwar iż-żgħażagħ li huma l-futur ta’ pajjiżna, il-Kap tal-PN qal li jrid ikun hemm ħimda kontinwa bejn nies ta’ esperjenza u l-istess żgħażagħ fejn flimkien jgħaqqdu t-talenti u ħiliet tagħhom sabiex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.
Bernard Grech li l-anzjani llum għad għandhom valur u għalhekk l-anzjan għad għandu ħafna x’jista’ jikkontribwixxi. Huwa sema fost oħrajn diversi servizzi għall-anzjani li daħħal Gvern Nazzjonalista hekk kif dejjem ħaseb biex itejbilhom ħajjithom.
Bernard Grech qal li l-PN dejjem ħoloq setturi varji bex in-negozjant ikun jista’ jikber. “Xgħolna huwa li nikkompetu bejnietna biex noħolqu x-xoghol u ntejbu isem pajjiżna. Fejn kulħadd ikun jista’ jikber u jkun ta’ suċċess. Dan għaliex meta l-persuni jkollhom suċċess… ikun hemm ukoll suċċess għal pajjiżna.”
Dwar is-Settur tal-kostruzzjoni huwa qal li dan huwa settur li jinvolvi diversi ħaddiema, għalhekk huwa neċessarju li l-kostruzzjoni tibqa’ timxi ‘l quddiem iżda huwa importanti li ma tintilifx art li hija tajba.
Bernard Grech saħaq li jrid li tingħata l-opportunità li jkun hemm iktar investiment għaż-żgħażagħ li jkompli jispeċjalizzaw fl-isport. B’rabta ma’ dan huwa tkellem ukoll fuq id-dilettani tal-karozzi fejn il-Gvern ilu snin iwiegħed li se jagħmel trakka tal-karozzi. Gvern immexxi minn Bernard Grech se jkun qed jara li din it-trakka ssir mingħajr ma tinqered art prezzjuża.
Dwar il-white paper fuq il-kannabis, Bernard Grech qal li l-PN nieda proċess ta’ konsultazzjoni li dalwaqt se jkun konkluż. Dan hekk kif il-politika għandha tkun ta’ servizz biex tgħin lil ħaddieħor.
Il-Kap tal-PN qal li jekk kulħadd jaħdem flimkien f’direzzjoni waħda, il-PN ikun l-alternattiva li dan il-pajjiż tant għandu bżonn.
//= $special ?>