Sport Sport Ieħor

Victor Campenaerts jirbaħ il-15-il stadju

(Ritratt: EPA)

Fi stadju li ntemm f’xita kontionwa fuq medda ta’ 147 kilometru minn Grado għal Gorizia mal-fruntiera mas-Slovenja, il-ħmistax il-stadju tal-Giro d’Italia intrebaħ mill-Belġjan Victor Campenaerts ta’ Team Qhubeka Assos fi tlett sigħat 25 minuta u 25 sekonda bi sprint fuq l-Olandiż Oscar Riesebeek ta’ Alpecin Fenix. Fit-tielet post daħal Niklas Arndt tal-Germanja – Team DSM b’distakk ta’ 7 sekondi fi sprint fuq it-Taljan Simone Consonni ta’ Cofidis u Quinten Hermans ta’ Intermarche’ – Wanty Gobert Materiaux . Fil-klassifika ġenerali , Egan Bernal ta’ Ineos Grandiers saħħaħ postu fl-ewwel post b’total ta’ 62 siegħa 13 il-minuta u 33 sekonda b’vantaġġ ta’ minuta u 33 sekonda fuq Simon Yates ta’ Team Bike Exchange. Fit-tielet post tela’ Damiano Caruso ta’ Bahrain Victorians b’distakk ta’ minuta u 51 sekonda u minuta u 57 sekonda fuq ir-Russu ta’ Astana Premier Tech – Aleksandr Vlasov. filwaqt li fil-ħames post jinsab il-Britanniku ta’ EF Education Nippo Hugh John McCarthy b’distakk ta’ żewġ minuti u 11 il-sekonda. Is-sittax il-prova ser tkun fuq medda ta’ 212 kilometru minn Socile għal Cortina d’Ampezzo.