Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ wara inċident bil-mutur f’Ħ’Attard

Arkivji

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Birkirkara, weġġa’ gravi wara inċident li seħħ fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, f’inċident fl-inħawi tal-Ħemsija f’Ħ’Attard.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma għal xi raġuni waqa` bil-mutur li kien qed isuq, tat-tip Yamaha R1.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.