EURO 2020 Futbol Sport

Alaba u Arnautovic fl-iskwadra finali tal-Awstrija

David Alaba flimkien mal-bqija tal-iskwadra tal-Awstrija

Illejla, it-Tnejn filgħaxija, l-Awstrija ħabbret b’mod uffiċjali s-selezzjoni finali tal-kowċ Franco Foda, għall-fażi finali tal-Euro 2020. Il-Ġermaniż, eks kowċ ta’ Sturm Graz fil-Bundesliga Awstrijaka, għażel skwadra li kif kien mistenni tinkludi lil dak li mistenni jkun l-akkwist il-ġdid ta’ Real Madrid fil-jiem li ġejjin, David Alaba, u Marko Arnautovic. Dan tal-aħħar hu eks attakkant u skorer prolifiku ta’ West Ham United fl-Ingilterra, u llum qed jilgħab fis-Super League Ċiniz ma’ Shanghai Port.

L-Awstrija se tkun qed tilgħab fi Grupp Ċ, fl-istess grupp tal-Olanda, l-Ukrajna u l-pajjiz debuttant, il-Maċedonja ta’ Fuq. Għal dan it-tim nazzjonali, din se tkun it-tielet dehra fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej. Fiż-żewġ edizzjonijiet li lagħbu sal-lum, l-Awstrija qatt ma rebħu partita u qatt ma ssuperaw il-fażi tal-gruppi.

Is-26 plejer magħżula minn Foda huma:

Gowlkipers: Daniel Bachmann (Watford), Pavao Pervan (Wolfsburg), Alexander Schlager (LASK)

Difensuri: David Alaba (Bayern), Aleksandar Dragovic (Leverkusen), Marco Friedl (Werder Bremen) Martin Hinteregger (Frankfurt), Stefan Lainer (Monchengladbach), Philipp Lienhart (Freiburg), Stefan Posch (Hoffenheim), Christopher Trimmel (Union Berlin), Andreas Ulmer (Salzburg)

Midfielders: Julian Baumgartlinger (Leverkusen), Christoph Baumgartner (Hoffenheim), Florian Grillitsch (Hoffenheim), Stefan Ilsanker (Frankfurt), Konrad Laimer (Leipzig), Valentino Lazaro (Internazionale), Marcel Sabitzer (Leipzig), Louis Schaub (Luzern), Xaver Schlager (Wolfsburg), Alessandro Schopf (Schalke)

Attakkanti: Marko Arnautovic (Shanghai Port), Michael Gregoritsch (Augsburg), Sasa Kalajdzic (Stuttgart), Karim Onisiwo (Mainz)

Qabel il-bidu tal-Euro 2020, l-Awstrija se tkun qed tilgħab darbtejn, f’partiti ta’ ħbiberija, kontra l-Ingilterra u s-Slovakkja rispettivament.