Lokali Parlament

Appell għal santwarju tal-annimali f’Għawdex

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis appella biex b’mod immedjat u urġenti f’Għawdex isir santwarju tal-annimali għaliex s’issa għad m’hemmx dawn il-faċilitajiet.

Fil-parlament Joe Ellis qal li l-annimali llum huma kkunsidrati bħala kreaturi li jħossu, bl-emozzjonijet tagħhom u fil-ħtiġijiet tagħhom. Dan il-kunċett diġà jinsab fil-liġi Maltija, sostna Joe Ellis, li qal li din il-lipi tpoġġi l-piż fuq il-gvern biex jassigura li ma jkunx hemm trattament mhux xieraq lill-annimali.

Hu espriema solidrajetà mal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina għall-attakki li saru fuqha u appella biex fis-settur tal-ħarsien tal-annimali jkun hemm id-djalogu.

Il-ħarsien tal-annimali qiegħed dejjem jitla’ ‘l fuq fl-aġenda nazzjonali, sostna Joe Ellis, li qal li l-bniedem qed jikkaġuna diffikultajiet fuq l-annimali. Hu kkritika l-fatt li l-baqar m’għadhomx jinħarġu jirgħu u għalhekk dawn qed jinżammu dejjem fi spazju ristrett.

Id-deputat Nazjzonalista tkellem fuq l-importanza li l-gvern jikkollabora mal-għaqdiet volontarji li jgħadmu fost l-annimali abbandunati.

Hu appella biex quddiem l-Għases tal-Pulizija jkun hemm ħwat bl-ilma għall-annimali. Id-deputat Nazzjonalista qal li wara li ra l-mod kif jinqatlu l-annimali fil-biċċerija hu ma baqax jiekol iktar laħam.

Joe Ellis qal li l-annimali m’għandhomx ibatu l-għatx u l-ġuf, m’għandhox jinqatlu bla tbatija, għandhom ikunu ħielsa minn infezzjonijiet u mard, libertà fil-mod kif jgħixu u libertà mill-biżà. L-annimali għandhom igawdu minn dawn id-drittijiet u l-gvern għandu jirrikonoxxiehom u jassigrua li ma jseħħx; il-gevrn għandu jkun proattiv bir-riżrosi kollha lid-dipartiment u lill-Kummissarju responsabbli.

Joe Ellis qal li f’Gaħwdex m’hemmx santawarju tal-annimali u hemm biss kamra żgħira li mhix adegwata. Hu sostna li l-gvern Laburista ma żammx il-wiegħda li jsir santwarju tal-annimali.