EURO 2020 Sport

Henderson mistenni jkun fl-iskwadra finali ta’ Southgate filwaqt li Alexander-Arnold jidher li se jitħalla barra

(Ritratt: EPA)

Hekk kif fis-sigħat li ġejjin il-coach tal-Ingilterra Gareth Southgate mistenni jsejjaħ l-iskwadra ta’ 26 player għall-Euro 2020, jidher li l-midfielder ta’ Liverpool Jordan Henerdson mistenni jkun fl-iskwadra finali filwaqt li sieħbu fit-tim Trent Alexander-Arnold jidher li se jitħalla barra.

Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li Henderson irnexxielu jikkonvinċi lil Southgate li se jkun fiżikament tajjeb biex jilgħab fil-Euro 2020 li tibda fil-11 ta’ Ġunju wara li ilu nieqes mill-azzjoni għal tliet xhur minħabba injury fil-groin. Minn naħa l-oħra jidher li wara li ma kienx imsejjaħ mal-iskwadra Ingliża għall-waqfa internazzjonali ta’ Marzu li għadda, id-difensur Trent Alexander-Arnold ma kienx ikkuntattjat mill-FA Ingliża u b’hekk jidher li se jitħalla barra mil-lista finali.