Joe Ellis sostna li l-gvern għandu jżomm l-interessi tal-ekonomija Għawdxija bħbala prijorità u mhux l-interessi artiġġjani.
Fl-Aġġornament tal-parlament llejla, Joe Ellis qal li d-Dar ta’ San Ġużepp ilha tmien snin biex titlesta u mhux magħruf meta din se titlesta.
Dan meta hemm domanda kbria għad-djar għall-anzani fGħawdex. Hu qal li hemm tellieqa bejn il-ministri Għawdxin biex jiddaħħlu neis mal-gvern u sostna li hemm ħaddiema li suppost qed ikunu mgħallma mill-FSWS iżda mhux stabbilit x’inhu dan it-taħriġ.
Dawn il-ħaddiema qed ikunu mħaddma biex jaqtgħu l-ħaxix, sostna Joe Elis, li kompla li jeħtieġ li l-gvern ma jibqax jagħmel ħsara lill-ekonomija Għawdxija biex jibqa’ jieħu vantaġġ politiku. Joe Ellis kompla li l-Gozo Channel qed timpjega n-nies mal-kuntrattur iżda l-gvern mhux iwieġeb dwar dan. Il-kuntratturi qed jaqtgħulhom il-paga; lil dan i-kuntrattur ħadd ma jista’ għalih u qed jisfrutta lill-ħaddiema.
Dawn il-ħaddiema mhux qe dikunu tratti bl-istess mod kif qed ikunu trattati l-ħaddiema tal-Gozo Channel.
//= $special ?>

