Il-gvern baqa’ jaħbi l-ismijiet tal-persons of trust impjegati fil-ministeri li l-gvern ingaġġa miegħu bl-Ispeaker Anġlu Farrugia jagħti ruling li fih jenfażizza l-importanza li l-ministri jwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari iżda jispjega li ma jistax jordna lill-ministri fil-mod kif huma jwieġbu.
Din il-pożizzjoni tal-Ispeaker kienet espressa mill-Ispeaker fuq talba għal ruling mid-deputat Nzzjonalista David Thake li għamel numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li fihom staqsa biex il-gvern jagħti l-ismijiet tal-persons of trust impjegati fil-ministeri.
Għal iktar mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Ministru Carmelo Abela qal li din l-informazzjoni diġà kienet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fil-manwal li ppreżenta l-gvern.
//= $special ?>