Tħabbret il-mewt tal-eks President tal-Kamra tal-Kummerċ Joseph R Darmanin. Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ sellmet il-memorja ta’ Darmanin li kien President tal-Kamra tal-Kummerċ fl-1996 u l-1997. Segwa fil-passi ta’ missieru Frederick li wkoll kien President tal-Kamra.
Hu baqa’ attiv fil-Kamra tal-Kummerċ sa ftit ilu meta saħħtu bdiet tmur lura. Joseph R Darmanin kien involut fil-qasam tal-avjazzjoni fejn għal ħafna snin kien ir-rappreżentant tal-linja tal-ajru Austrian Airlines f’Malta u serva għal diversi snin fuq il-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
J.R. Darmanin kien jemmen bi sħiħ fis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u kien wieħed mill-fundaturi tal-EU Steering Committee li kien strumentali biex għen il-komunita’ kummerċjali tħejji għas-sħubija.
Hu kien ukoll wieħed mill-muturi wara t-twaqqif tal-Malta Business Bureau fl-1996 bi sħab mal-Federazzjoni tal-Industriji, u kien ikkontesta l-elezzjoni Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fl-1966.
//= $special ?>