Lokali Parlament

Issostni li hi favur l-abort imma trid kultura favur il-ħajja !!

Id-deputat indipendenti Marlene Farrugia qalet fil-parlament llejla li hemm bżonn li fil-parlament issir diskussjoni fuq l-abort, espremiet opinjoni ċara favur “is-servizz mediku” tal-abort iżda fl-istess ħin iddikjarat li hi favur “il-kultura tal-ħajja”.

Marlene Farrugia qalet fil-parlament li d-diskussjoni dwar l-abort hi waħda taħraq u stiedenet lill-gvern biex ma jibżax mill-poplu u jagħmel assemblea taċ-ċittadin biex jagħmlu s-suġġerimenti lill-gvern.

Hi sostniet li trid qafas li jirregola dan is-sevizz mediku tal-abort u kompliet li s-soċjetà għandha tkun waħda li tħobb. Id-deputat indipendenti sostniet li l-ħajja tibda meta l-bajda tkun fertilizzata, mal-konċeipiment iżda dan ma jfissirx li l-mara għandha titlef il-kontroll fuq drittijietha.

Hi kompliet li qed trawwem kultura favur il-ħajja u sostniet li l-abort hi trawma li tibqa’ fuq il-ħajja tan-nisa kollha li jagħmlu abort għax ħadd ma jrid id-demm ta’ wliedu fuqu. Marlene Farrugia kompliet li l-aborti xota qed isiru iżda n-nisa qed ikunu skoraġġiti milli jmorru għall-għajnuna. Hi qalet li d-dikriminalizzazzjoni tal-abort issalva l-ħajja tat-tfal u tan-nisa u kompliet li l-Kostituzzjoni għandha tibqa’ tirrikonoxxi l-ħajja