Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-gvern biex jagħti l-għajnuna ta’ madwar €4 miljuni lir-raħħala b’mod immedjat minħabba li dawn jisnabu f’sitwazjzoni diffiċli.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-pajjiż irid isib kif ideat differenti jgħixu flimkien u sostna li hu importanti li jsiru liġijiet kontra l-moħqrija iżda l-pajjiż irid jifhem li hemm min jaħseb li għandu dritt li jikkaċċja u jonsob.
Id-deputat Nazzjonalista qal li d-delizzju tal-insib u l-kaċċa għandu jibqa’ sakemm dan ikun sostenibbli. Hu sostna li mhux il-kaċċa u l-insib qed joqtlu l-għasafar iżda l-bexx li jintefa’ fuq il-prodotti flimkien mal-bini u l-ħmieġ fl-arja. Jeħtieġ jinstab bilanċ biex il-progress ma jkunx rigress.
Edwin Vassallo qal li kiber l-għerf u t-tagħrif fost il-kaċċaturi dwar fuq x’hix jisparaw. Hu tkellem dwar it-trobbija tal-annimali u qal li ħadd m’għandu jabbuża mill-annimali.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-gvern jgħaddi l-għajununa lir-raħħala u lis-sajjieda u biex ikun assigurat li t-turisti li jiġu Malta jieklu l-prodotti Maltin. L-irziezet tal-majjal bħalissa huma mimlija, sostan Edwin Vassalo, li appella biex l-għajnuna ta’ €4 miljuni lir-raħħala tingħata qabel kien ippjanat għaliex ir-raħħala qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ investiment serju fuq is-servizz tal-veterinarju u sostna li ma ttieħdux prekawzjonijiet biex l-African Swine Fever ma tiġix f’Malta. Hu qal li mhux ikun hemm verifiċi dwar x’annimali qed jinġiebu u jiddaħħlu Malta
//= $special ?>