Lokali

L-AFM f’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li 4 persuni spiċċaw f’diffikultà fil-Mellieħa

4 persuni spiċċaw ġew bżonn l-għajnuna immedjata tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Dan hekk kif il-Pulizija kienet informata għall-ħabta tal-11 tat-Tnejn filgħodu li 4 persuni minn grupp ta’ turisti li kienu qed jgħumu fil-bajja tal-Aħrax qabżu jgħumu fil-ħofra magħrufa bħala l-Coral Lagoon.

Madanakollu għal xi raġuni dawn inqabdu fil-ħofra minħabba li ma setgħux jitilgħu jew jgħumu ‘l barra u għaldaqstant ġie msejjaħ ħelikopter tal-Armata sabiex jittellgħu l-persuni.

Fil-post ġie imsejjaħ ukoll tim mediku tal-ambulanzi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.