Lokali Parlament

M’għandhomx isiru iktar tiġrijiet taż-żwiemel fl-irħula; “waqqfu l-moħqrija fuq l-annimali”

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella biex il-pulizija ma jagħtux iktar permessi għal tiġrijiet taż-żwiemel fit-toroq għaliex dawn jikkaġunaw moħqrija fuq l-annimali.

Fil-parlament Mario Galea qal li l-liġi li qed iressaq il-gvern hi pass kbir ‘il quddiem fil-ġlieda kontra l-moħqrija tal-annimal; għodda ġdida lill-ġudikanti fejn minbarra l-pieni qed tiżdied ukoll il-possibbiltà li min jaħqar l-annimali ma jkunx jista’ jżomm annimali għal perjodu stabbilit mill-qorti. Dan minbarra li dawk misjuba ħatja ta’ moħqrija ta’ annimal domestiku, jkunu jridu jitilqu mid-dar fejn ikun qed jinżamm l-annimal domestiku.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan hu messaġġ qawwi kontra l-moħqrija tal-annimali wara li fil-passat żdiedu l-pieni fuq min jaħqar l-annimali. Hu sostna li issa jridu jkunu l-ġudikanti li japplikaw dan il-pieni li se jdaħħal il-parlament. Il-moħqrija tal-annimali tqanqal ħafna rabja fost in-nies, sostna Mario Galea, li appella beix il-ġudikanti jkunu sensittivi għar-rabja li l-moħqrija tal-annimali tqanqal.

Mario Galea appella biex in-nies imorru jirrapportaw u appella wkoll lill-pubbliku biex iċempel lilu fuq in-numru 99427673 jekk jibżgħu jirrapportaw biex ikun hu li jagħmel ir-rapport dwar moħqrija.

Hu tkellem dwar il-bestjalità u sostna li l-gvern u l-Kummissarju tal-Annimali għamndhom jaħdmu fuq emenda kontra l-bestjalità. Dan minħabba li fil-liġi m’hemm xejn ħlief li l-persuni li jinstabu ħatja jridu jinstabu ħatja fuq moħqrija tal-annimali. Hu ppropona li jkun hemm piena ta’ sena ħabs u multa ta’ €6,000 fuq il-bestjalità mal-annimali.

Mario Galea espriema solidarjetà mal-Kummissarju tal-Annimali Alison Bezzina li qalet li hi kontra t-tmellis tal-annimali ċkejkna fiż-zoos għaliex dan jikkaġuna ħsara lill-istess annimali.

Din hi esplojtazzjoni tal-annimali; il-gvern għamel żball meta ppubblika l-white paper dwar is-suġġett u ċeda għall-pressjoni għax beża’ minn diversi sidien. Hu qal li ż-zoos għandhom jispiċċaw.

Id-deputat Nazzjonalista kkundanna l-attakki personali b’konnotazzjoni sesswali li diversi persuni għamlu fuq facebook fuq Alison Bezzina. Fiwlaqt li semma’ lill-persuni li għamlu dawn il-messaġġi pornografiċi fuq facebook, Mario Gaela qal li dawn l-attakki qed isiru minħabba li l-Kummissarju hi mara. Hu appella biex jittieħdu l-passi kontra dawn in-nies kodardi liqed jattakkaw lill-Kummissarju għall-Annimali għax espremiet il-pożizzjoni tagħha. Hu kkritika l-fatt li ħadd ma kkundanna dawn l-attakki li saru fuq il-Kummissarju għall-Annimali.

Il-pulizjja diġà tkellmet ma’ Alison Bezzina dwar dan il-każ iżda jeħtieġ li issa jittieħdu passi fil-konfront tal-persuni li attakkawha fuq facebook. Hu kkundanna wkoll lill-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba (FKNK) għall-attakki li għamlu fuq Alison Bezzina għaliex sostniet li fejn hemm it-tfal m’għandux ikun hemm armi.

Mario Galea semma’ t-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru fl-irħula u rrifera għal-sentenza li kien tal-Maġistrat Joe Mifsud fejn kien iddikjara li dawn m’għandhomx isiru minħabba li tikkaġuna moħqrija tal-annimali.

Il-pulizija qed tkompli tisfida lill-qorti u tibqa’ toħroġ il-peremssi għal dawn it-tiġrijiet. Hu appella biex anki l-Kurja titkellem u tikkudanna dawn it-tiġrijiet għaliex dawn qed isiru fil-festi; “konvint li l-Kurja ma taqbilx magħhom”.

Il-Maġistrat Joe Mifsud kien qal li dawn għanhdom isiru f’Ta’Xħajma u ma jisrux fis-2 pm iżda iktar tard. Irid ikun ikkunsidrat li m’hemm l-ebda sigurtà f’dawn it-tiġrijiet.

Id-deputat Nazzjonalista feraħ lil Patricia Azzopardi, il-Kap il-ġdid tad-Dipartiment tal-Animal Welfare għall-ħatra tagħha u kkritika l-fatt li hemm biss ambulanza waħda li ma tistax tlaħħaq mas-sitwazzjoni.

Jeħtieġ li titwaqqaf taqsima li tista’ tagħmel eżamijiet forensiċi fuq annimali maqtula, sostna Mario Galea, li appella biex jiżied l-infurzar. Hu qal li ftit li xejn qed jitressqu nies il-qorti b’konnessjoni mal-moħqrija tal-annimali.

Mario Galea tkellem dwar in-nagħal taż-żwiemel u sostna li hawn min qed jagħmel in-nagħlaq taż-żwiemel bla ma jkollu l-kapaċità neċessarja bil-konsegwenza li qed jikkaġunaw tbatijiet fuq iż-żwiemel. Jeħtieġ li jkun hawn il-korsijiet neċessarji u jkun hemm reġistrazzjoni ta’ dawk li tagħlmu din is-sengħa. Jeħtieġ ukoll li jsiru iktar shelters b’saħħithom għaż-żwiemel tal-karozzini, sostna Mario Galea, li kompli li ż-żwiemel għandu jkollhom ukoll aċċess għall-ilma.

Mario Galea kellem fuq il-mass neuting programme u qal li hawn problemi kbar tant li n-nies ta’ klieb fis-santwarji qed jikber b’mod allarmanti. Jeħtieġ ukoll li tingħata għajnuna lil dawk li jitimgħu lill-annimali

Hu tkellem dwar iż-zoos u qal li dawn għandhom jispiċċaw minħabba li l-annimali m’humiex endemiċi għal Malta.