Lokali Qorti

Raġel b’kondotta kkulurita mixli b’konfoffa ta’ importazzjoni ta’ droga jingħata l-pleġġ

Raġel minn Ħal Qormi b’rekord kriminali twil u li x-xahar li għadda inżamm taħt arrest preventiv wara li qed jiġi mplikat li jagħmel parti f’konfoffa biex jimporta diversi kili ta’ kokaina u eroina ngħata l-libertà proviżorja mill-Qorti Kriminali. Terence Cini, ta’ 35 sena, akkużat dwar assoċjazzjonoi biex jimporta d-droga kokaina u eroina, kompliċità fl-importazzjoni ta’ drogi illeċiti, li wkoll iforni l-istess droga u li din kienet fil-pusses tiegħu f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx esklussivament għall-użu personali tiegħu ngħata l-pleġġ mill-Imħallef Giovanni Grixti.

Cini li għandu pendenti każijiet oħra u li jinsab mixli li kiser mhux anqas minn erba’ digrieti separati tal-pleġġ, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000. L-Avukat tiegħu Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb, li ressqu l-każ fil-Qorti Kriminali wara li t-talba għall-pleġġ kienet miċħuda xahar ilu mill-Qorti tal-Maġistrati.

Fost kundizzjonijiet oħra Cini jrid jirraporta l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal-Qormi kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn il-5.00pm u t-8.00pm. ma joħroġ mid-dar qabel is-6.00am. u li jkun id-dar sal-11.00pm.  Cini qed jiġi akkużat ukoll li sar reċediv.

 L-Ispetturi Steven-Ryan Micallef u Justine Grech kienu qal kif  aġixxew fuq tip-off kunfidenzjali dwar ftehim tad-droga. Kienu ħadu dikjarazzjoni minn informatur, u li aktar tard dan kkonfermah taħt ġurament, li l-akkużat kien assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex jimportaw id-droga.

Skont huma Cini qabbad lill-informatur biex jaħdem għalih billi jimporta d-droga u jbigħha waqt li Cini kien il-ħabs. Din il-persuna kienet inqabdet fil-pussess ta’ 2.5kg ta’ kokaina u 250g eroina, u li wara ddeċida li jikkollabora mal-pulizija.

Huwa kien ta stqarrija li kkonferma taħt ġurament f’Settembru li għadda, li fiha implikat lill-akkużat. Cini kien l-aħħar fl-aħbarijiet f’Awwissu wara li ġie akkużat, flimkien mat-tfajla tiegħu Amanda Farrugia, b’ħasil ta’flus ta’  €1 miljun. Kien ukoll irċieva sentenza sospiża fl-2011 talli hedded raġel bi pistola mingħajr liċenzja. Huwa kien ukoll il-ħabs għal 16-il xahar fl-2013 wara li nstab ħati ta’ kokaina u pussess ta’ eroina