Żewġ żgħażagħ minn Katanja ġew ikkundannati 16-il xahar ħabs wara li ammettew quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li serqu bagalja mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta li kien fiha camera li tiswa 2,000 ewro. Giorgia Viola ta’ 18-il sena, li hija studenta u Pietro Micarelli ta’ 21 sena li huwa bla impieg ammettew li huwa qabdu u ħadu bagalja propjetà ta’ koppja mill-Polonja nhar il-Ġimgħa li għaddiet meta dawn illgaraw għal ftit minn maġenbha.
L-Ispettur Karl Roberts qal li l-Isqallin ġew Malta biex jaraw il-familja u nqabdu wara nvestigazzjoni li saret wara li fl-istess jum tas-serqa kienu nfurmawh dwar is-serqa mill-ajruport, Minn filmat tas-CCTV irriżulta li kienu waslu xi persuni fuq titjira minn Katanja. Dawn ħadu l-bagalja, tefgħuha f’baskett u telqu.
Persuna kienet għaddiet għalihom b’karozza Nissan Qashqai u li din kienet ġiet bil-catamaran. Irriżulta li dan kien ċertu Taljan,li kien qed jgħix il-Mellieħa ġewwa villa f’Santa Maria Estate. Dan kien flimkien ma’ familja li kienu krew din il-villa għall-party familjari u Viola u Micarelli kienu hemm meta marru l-Pulizija.
L-Ispettur Karl Roberts qalet li saret tfitxxija fil-post u hemm u għarfu lill-imputati mill-filmati li kienu raw tal-ajruport. Huma għaldaqstant ġew arrestati u mill-ewwel ikkoperaw mal-Pulizija fejn irritornaw ukoll il-camera li kienet f’parapett ta’ villa faċċata ta’ fejn kienu qegħdin huma.
Għaldaqstant huma ġew mixlija fuq serq aggravat. L-Avukat Simon Micallef Stafrace li deher għaż-żgħażagħ qal li dan kien każ ta’ bluha u li l-klijenti tiegħu messhom infurmaw lill-Pulizija dwar il-bagalja li kienet waħidha. Qal li huma qegħdin jammettu l-akkużi bil-Qorti tikkunsidra li tagħti l-anqas piena possibbli wara li kkoperaw mal-Pulizija.
L-Ispettur Roberts qabel u qal li kieku ma kienx għalihom, il-bagalja ma kinitx tinstab. Il-Qorti wara li rat l-ammissjoni bikrija, r-ritorn tal-oġġett misruq u l-kondotta nadifa, kkundanathom għalk 16-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
//= $special ?>