Skont l-aħħar rapporti fil-media Brittanika llejla, il-kowċ nazzjonali Ingliz, Gareth Southgate mhux se jkun qed iħabbar l-iskwadra finali għall-Euro 2020, għada t-Tlieta, iżda se jistenna ġimgħa oħra biex jiżvela l-grupp ta’ 26 plejer għal din il-kompetizzjoni. Southgate kien mistenni li jħabbar l-iskwadra finali għada t-Tlieta, fis-2pm, madankollu peress li din il-ġimgħa se jkun hemm tliet klabbs Ingliżi li se jilgħabu fil-finali tal-UEFA Champions League u l-UEFA Ewropa League, il-kowċ ta’ 50 sena qed jagħżel li jkun prudenti sal-aħħar u se jkun qed jibqa’ jagħmel il-valutazzjonijiet fuq kull plejer li se jagħżel, sal-aħħar minuta.
Dan ifisser li għada, Southgate mistenni jħabbar skwadra proviżorja ta’ madwar 30 plejer, u fl-1 ta’ Ġunju, titħabbar l-iskwadra finali, li tkun magħmula minn 26 plejer. L-istess rapporti fil-media Brittanika qed jispekulaw b’mod persistenti li d-difensur ta’ 22 sena li jilgħab ma’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold mhux mistenni jkun parti mill-għażliet li se jkun qed iħabbar Southgate. Fl-istess waqt, hu mifhum li Southgate qed jilgħab aktar ħin sabiex jieħu ċans li jirkupra ċertu plejers li sal-lum għadhom dubjużi. Fost dawn hemm Harry Maguire, Jordan Henderson, il-gowlkiper Nick Pope u Kalvin Phillips.
//= $special ?>