Lokali

Tweġġa’ gravi wara li tintlaqat minn karozza

Mara barranija weġġgħet gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6pm sfat milquta minn karozza fil-Gżira. Il-każ seħħ fi triq Tas-Sliema.

Mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li l-mara ta’ 33 sena, li hi mill-Belarus u residenti l-Gżira, weġġgħet wara li ntlaqtet minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida.

Konsegwentement, il-Mazda Demio kellha wkoll impatt ma’ vettura tal-għamla Renault Clio li kienet ipparkjata.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.