EURO 2020 Sport

Ben White u Ollie Watkins imsejjħa fl-iskwadra proviżorja tal-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Il-coach tat-tim nazzjonali Ingliż sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 33 player bħala preparazzjoni għall-Euro 2020. Fost l-ismijiet imsejjħa hemm id-difensur ta’ Brighton Ben White u l-attakkant ta’ Aston Villa Ollie Watkins.

Southgate li llum kellu jsejjaħ l-iskwadra finali bidel il-pjanijiet tiegħu u sejjaħ skwadra proviżorja sabiex janalizza l-kundizzjoni fiżika ta’ wħud mill-players. Il-coach tal-Ingilterra nkluda wkoll lid-difensur ta’ Liverpool Trent Alexander-Arnold minkejja li mhux eskluż li dan jitħalla barra mil-lista finali.

Il-lista ta’ 33 player hija:

Goalkeepers: Dean Henderson (Manchester United), Sam Johnstone (West Brom), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Sheffield United)

Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Ben Chilwell (Chelsea), Conor Coady (Wolves), Ben Godfrey (Everton), Reece James (Chelsea), Harry Maguire (Manchester United), Tyrone Mings (Aston Villa), Luke Shaw (Manchester United), John Stones (Manchester City, Kieran Trippier (Atletico Madrid), Kyle Walker (Manchester City), Ben White (Brighton)

Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Jordan Henderson (Liverpool), Jesse Lingard (West Ham), Mason Mount (Chelsea), Kalvin Phillips (Leeds), Declan Rice (West Ham), James Ward-Prowse (Southampton)

Attakkanti: Dominic Calvert-Lewin (Everton), Phil Foden (Man City), Jack Grealish (Aston Villa), Mason Greenwood (Manchester United), Harry Kane (Tottenham), Marcus Rashford (Manchester United), Bukayo Saka (Arsenal), Jadon Sancho (Borussia Dortmund), Raheem Sterling (Man City), Ollie Watkins (Aston Villa)