Futbol Sport

Devis Mangia jsejjaħ l-iskwadra għall-partiti ta’ ħbiberija li jmiss

Ritratt ta' Domenic Aquilina

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 29 player għall-partiti ta’ ħbiberja li se jintlagħbu aktar tard dan ix-xahar u f’Ġunju.

Din se tkun l-ewwel waqfa internazzjonali minn Marzu li għadda, fejn minkejja li twaqqaf il-kampjonat b’mod ħesrem għat-tieni staġun konsekuttiv, it-tim Malti xorta baqa’ jitħarreġ filwaqt li jsegwi r-restrizzjonijiet imposti.

It-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kossovo, l-Kazakhstan hekk kif it-tim Malti se jkun qed jqatta’ għaxart ijiem fl-Awstrija għall-kamp ta’ taħriġ bi preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 f’Settembru li ġej.

L-iskwadra msejjħa hija:

GOALKEEPERS: Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers)

DIFENSURI: Andrei Agius (Hibernians); Ferdinando Apap (Hibernians); Jean Borg (Valletta); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers)

MIDFIELDERS: Cain Attard (Birkirkara); Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (Gżira United); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Gżira United); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju); Dunstan Vella (Hibernians); Dexter Xuereb (Gżira United; Yannick Yankam (Birkirkara)

ATTAKKANTI: Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers); Aidan Friggieri (Gudja United); Jake Grech (Hibernians); Luke Montebello (Birkirkara); Alexander Satariano (Sliema Wanderers)