EURO 2020 Sport

Hans Flick se jkun il-kowċ tal-Ġermanja wara l-Euro 2020

(Ritratt: Hans Flick)

Ftit ħin ilu, it-tim nazzjonali tal-Ġermnanja ikkonferma li Hans Flick se jkun qed jieħu post Joachim Low bħala l-kowċ tal-Ġermanja wara l-Euro 2020. Din l-aħbar tikkonferma l-ispekulazzjoni li ilha għaddejha għall-aħħar xhur wara li Joachim Low kien ħabbar li se jħalli lit-tim nazzjonali fis-sajf.

Flick kien deċiż li jieħu dan l-irwol meta ħabbar li se jħalli lil Bayern Munich iżda ried jirrispetta l-offerti li sarulu mingħand diversi clubs oħra. L-eks kowċ ta’ Bayern Munich mistenni jiffirma kuntratt b’salarju ta’ €5 miljun fis-sena, sal-2024. MInkejja li Flick kien assistent ta’ Low mat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-2006 sal-2014, hu kellu l-akbar suċċess ma’ Bayern Munich fejn fl-aħħar żewġ staġuni rebaħ darbtejn il-Bundesliga, il-UEFA Champions League, il-UEFA Super Cup kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.

Fl-2020, Flick kien ingħata l-unur tal-aqwa kowċ fl-Ewropa wara li rebaħ il-UEFA Champions League ma Bayern Munich.

Hans Flick jiffirma l-kuntratt mat-tim nazzjonali Ġermaniż sal-2024