Lokali

Il-familja ta’ Miriam Pace tilħaq ftehim ċivili barra l-Qorti

Il-proċeduri kriminali fil-Qorti se jibqgħu għaddejjin

Il-familja ta’ Miriam Pace, li mietet mirduma taħt ir-residenza tagħha stess, laħqet ftehim barra l-Qorti mal-partijiet involuti f’dan il-każ.

L-avukat tal-familja, David Bonello, fi stqarrija ħabbar li ntlaħaq dan il-ftehim u allura mhux se tkompli l-kawża ċivili li l-familja Pace kienet fetħet kontra MCZMC Developers Limited, il-kuntrattur, il-perit tal-proġett u s-site technical officer.

Minkejja dan il-ftehim, il-proċeduri kriminali kontra l-kuntrattur, il-perit u s-site technical officer responsabbli mis-sit jibqgħu għaddejjin.

Miriam Pace kienet tilfet ħajjitha lura f’Marzu tal-2020 hekk kif ir-residenza tagħha f’Santa Venera kienet iġġarfet meta hi kienet fiha.

Iktar dettalji dwar il-każ: