Sport Sport Ieħor

Il-Ministru tat-Trasport Taljan jitlob biex ikun hemm tibdil fir-rotta tal-Giro d’Italia

Il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Taljan Enrico Giovannini talab biex l-istadju tal-Giro d’Italia li għandu jsir nhar il-Ġimgħa bejn Abbiategrasso u Alpe di Mera jsir f’rotta differenti biex iċ-ċiklisti ma jgħaddux minn fejn seħħ l-inċident tal-cable car nhar il-Ħadd li għadda li ħalla 14-il vittma qrib il-muntanja Mottarone. Dan se jkun qed isir bħala turija ta’ rispett lejn il-vittmi ta’ da l-inċident bl-awtoritajiet tal-lokal jaqblu ma dan.

Intant, il-Giro d’Italia jitkompla għada bis-17-il stadju li se jsir bejn Canazei u Sega di Ala fuq distanza ta’ 193km.