Maria Deguara, PN
Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet fIl-prlament li d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal- Bniedem tispeċifika li kull persuna hi min hi għandha tingħata kull opportunità tilħaq l-milja tal-ħajja. Dan ifisser ukoll li kull soċjetà għandha l-obbligu li tiżgura li anke dawk il-persuni b’abbiltajiet differenti għandhom jiġu mgħeJjuna f’kull aspett biex ikunu sa fejn jistgħu, jgħixu, b’mod dinjituż u independenti u li jiffurmaw parti integrali mis-soċjetà niżguraw l-aċċessibilità.
Dan hu Att li jemenda l-Att dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabbiltà. Jekk ma ngħinuhomx u nsostnuhom b’sistemi u servizzi minn l-età żgħira u nkomplu nżieduhomlom u nsaħħuhomlom tul it-tfulija u l-adoloxxenza, żgur li jkun diffiċli għalihom u wisq probabbli li ħadd minnhom ma jasal biex ikun jista’ jidħol fid-dinja tax-xogħol.
Huwa fatt li mhux kull persuna b’diżabbiltà għandha titpoġġa fl-istess keffa. Persuni b’diżabbiltà li juru minn kmieni li għandhom il-potenzjal aktar min oħrajn, jixirqilhom li tingħatalhom għajnuna aktar speċjalizzata biex jikkompetu ma’ u daqs ħaddieħor fid-dinja tax-xogħol. Hi x’hini d-diżabilità, aktar ma’ tiġi individwata minn kmieni aktar tiżdied il-probabilità ta’ suċċess tal-kura.
Għalhekk essenzjali li nibdew nindirizzawha minn kmieni u nippjanaw programmi ppersonalizati ħalli l-problema tkun tista’ tiġi ndirizzata kif suppost u b’mod professjonali. Għalhekk essenzjali li dawn il-persuni jiġu ndividwati minn kmieni permess ta’ screening.
Idealment l-Istat għandu sew id-dover kif ukoll l-obbligu li jipprovdi malajr kemm jista’ jkun kull apparat, professjonisti u servizzi u li jiżgura li dawn jitwasslu u jingħataw bil-frekwenza neċessarja kif rakkomandata mill-linji gwida internazzjonali tan-NICE. Aktar minn hekk jeħtieġ li sa fejn possibbli dawn is-servizzi ikunu personalizzati skond il-ħtieġa tal-individwu.
Maria Deguara qalet li l-persuni b’diżabilità ma għandhom qatt jaqgħu lura għax għandhom bżonnijiet speċjali u jekk vera nemmnu li l-bniedem għandu jkun iċ-ċentru tal-politika kemm iżjed għandna npoġġu persuni b’diżabblità fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna.
Mhux aktar aċċettabbli li toħloq servizz sempliċement biex tgħid li tkun ħloqtu imma mbagħad għal xi raġuni jew oħra ma tistax tipprovih lil dawk kollha li għandhom bżonnu. żgħir.
Fil-preżent f’Malta wara li persuna b’diżabbiltà tispiċċa l-iskola ta’ 16-il sena ftit li xejn għandhom fejn tmorru biex ikomplu tiżviluppa il-potenzjal tagħha. Għalhekk essenzjali li jinħolqu ċentri apposta fejn wara assessment dawn jiġu mogħtija tagħlim biex jgħinuhom sa fejn hu possibbli, jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Minn jimpjega jeħtieġ li jiżguraw li l-postijiet fejn se jaħdmu l-persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu mingħajr periklu, li l-ambjent ikun wieħed aċċettabbli u faċilment aċċessibbli.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li għandu jkun hemm numru ta’ professjonisti mhux bilfors tobba li jduru l-postijiet tax-xogħol fejn jaħdmu persuni b’diżabilita’ biex joffru l-expertise tagħhom jekk u kull meta jinqala’ l-bżonn.
Tajjeb ukoll li min jonqos milli josserva l-kwota irrid iħallas kontribuzzjoni annwali ta’ €2,400 għal kull persuna b’diżabbiltà li suppost tkun fl-impjeg tagħha, sa massimu ta’ €10,000 għal kull persuna waħda. F’soċjetà li verament temmen u tħaddan it-twemmin li kull persuna b’diżabbiltà għandha dritt daqs kull persuna oħra li tiżviluppa l-potenzjal tagħha u tilħaq l-milja tal-ħajja ma kienx ikunx hemm bżonn nintroduċu multi jew inżiduhom kif qed jiġi propost f’dan l-abbozz. Dawk li jimpjegaw għandhom jifhmu li l-għan aħħari wara dawn l-emendi ma hux dak li l-gvern jiġbor il-multi.
Maria Deguara qalet li r-riżultati jaslu biss jekk kull min iħaddem jasal biex jifhem il-bżonn, li persuni b’abbilitajiet differenti jixirqilhom kull għajnuna u appoġġ biex jagħmlu tajjeb għan nuqqasijiet li jkollhom anki meta jafu li mħabba dawn in-nuqqasijiet il-produzzjoni ta’ xogħlhom tista’ jkun inqas minn dak ta’ sħabhom.
//= $special ?>