Lokali

Il-pitirross hu l-iktar għasfur li jpassi minn fuq pajjiżna

Il-pitirross hu l-iktar għasfur li jpassi minn fuq pajjiżna.

Dan kien konfermat minn BirdLife Malta waqt konferenza li saret it-Tlieta fejn ħareġ li fl-2020 kien hawn total ta’ 3,381 pitirross li passew minn fuq pajjzna. .

BirdLife Malta taw rendikont ta’ kif taħdem is-sistemà ta’ bird ringing f’pajjiżna… fejn għasfur jinqabad u jitwaħħallu bħal ċurkett ma siequ biex la darba jerġgħu jeħilsuh, huma jkunu jistgħu jsegwu l-passi tiegħu.

Fl-aħħar sena, iktar minn 23,700 ċurkett ġew imwaħħla mal-għasafar. Sfortunatament, din is-sistemà turi wkoll kull meta xi għasfur jinqatel matul il-vjaġġ annwali tiegħu.

Fil-fatt, fl-aħħar xhur ġew innotati numru ta’ għasafar, fosthom dawk li ngħataw l-isem ta’ Maria u Lydia, li ma baqgħux fuq is-sistemà tagħhom. Minkejja li dan mhux fiċ-ċert, hu maħsub li xi individwi sparaw fuq dawn iż-żewġ għasafar. Matul l-istess sena, pajjiżna kellu total ta’ 20 rapport ta’ għasafar li waslu f’xi pajjiż barrani waqt li kellhom iċ-ċurkett Malti.

Filmat: BirdLife Malta