Futbol Sport

Il-UEFA tiftaħ proċeduri fil-konfront ta’ Juventus, Real Madrid u Barcelona

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA b’mod uffiċjali fetħet proċeduri kontra l-clubs ta’ Juventus, Real Madrid u Barcelona wara li t-tliet clubs baqgħu fil-European Super League.

F’April li għadda, 12-il club mill-Ingilterra, mill-Italja u minn Spanja ddeċidew li jiffrumaw l-European Super League, bil-istess kampjonat jisfaxxa wara anqas minn 48 siegħa wara li l-clubs ta’ Arsenal, Man Utd, Man City, Chelsea, Liverpool u Tottenham ħabbru li se jirtiraw u ftit wara għamlu l-istess il-clubs ta’ Milan, Inter u Atletico Madrid.

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li t-tliet clubs li baqgħu fil-European Super League qed jirriskjaw li ma jitħallewx jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej organizzati mill-UEFA.