Sport Sport Ieħor

Jospeh Martin eliminat mit-tournament internaazjonali organizzat mill-World Para Darts Association

Il-player tad-darts Malti Joseph Martin ġie eliminat mit-tournament internazzjonali online organizzat mill-World Para Darts Association. Fil-fatt hu tilef il-logħba mill-kwarti tal-finali kontra l-Belġjan Kurt Vandekerchove bl-iskor ta’ 3-0.

Kienet logħba fejn Martin ta qalbu għalkemm sabha diffiċli kontra Vandekerhove li kien iktar iffukat u fejn ġab punteġġi għoljin li bih għalaq kemm jista’ jkun malajr is-sets li lagħab fihom. Għal Joseph Martin, din kienet it-tielet logħba f’dan it-turnament virtwali wara li aktar qabel kiseb post għal mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni b’rebħiet identiċi ta’ 3-0 kontra David Gilbert tal-Ingilterrra u Luc de Baere tal-Belġju. Sadanittant illum ikompli t-turnament individwali li kien pospost matul ix-xahar ta’ Marzu minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-logħob se jkompli f’sala fil-Ħamrun u l-assoċjazzjoni se tkompli bix-xogħol siewi li għamlet fil-bidu ta’ din il-kompetizzjoni filwaqt li ssegwi l-miżuri neċessarji maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Ir-rebbieħ tal-ewwel kompetizzjoni individwali tal-istaġun Anthony Borg ikompli d-difiża tiegħu tat-titlu meta għada jilgħab kontra Marcus Nilsson. Il-logħob se jintlagħab bejn illum u għada u jibda fis-7.30pm