Futbol Sport

Luka Modric se jibqa’ player ta’ Real Madrid għal staġun ieħor

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Kroat Luka Modric se jibqa’ player ta’ Real Madrid għal staġun ieħor hekk kif ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena sal-2022. Modric issieħeb ma’ Real Madrid fl-2012 mingħand Tottenham.

Hu rebaħ il-Ballon d’Or fl-2018 fejn sar l-ewwel player li rebaħ dan l-unur għall-aktar minn għaxar snin hekk kif kien iddominat minn Lionel Messi u Cristiano Ronaldo. Modric se jkun ukoll il-captain tal-Kroazja fl-Euro 2020.

Luka Modric ma’ Real Madrid rebaħ erba’ darbiet ic-Champions League, darbtejn il-La Liga, darba l-Copa del Rey u tliet darbiet is-Super Cup Spanjola.