Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa, mara ta’ 77 sena mietet fl-isptar Mater Dei, u b’hekk it-total ta’ vittmi issa tela’ għal 418. Dan wara li għal 17 -il ġurnata konsekuttiva Malta ma rreġistrat ebda mewta kawża tal-virus.
Huma 3 każi ġodda rreġistrati tul il-jum tat-Tlieta, bit-total ta’ każi ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna minn Marzu 2020 issa qed jammontaw għal 30,509.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 5 persuna, bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 30,022.
Il-każi attivi issa naqsu għal 69, filwaqt li sa issa f’pajjizna, inghataw b’kollox 183,556 tilqima sħiħa.
//= $special ?>