Lokali

L-MEA titlob għat-trasparenza sħiħa fuq persuni li jitpoġġew f’position of trust

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) appellat biex ikunu ppublikati b’mod pubbliċi d-dettalji ta’ persuni li jitpoġġew f’pożizzjoni ta’ position of trust. Dan biex b’hekk il-governanza tajba taħdem b’mod sħiħ.

Dan ħareġ minn stqarrija tal-MEA fejn kompliet tgħid li l-Gvern għandu d-dmir li jippublika dawn id-dettalji biex il-pubbliku jkun jaf eżatt kif qed jintużaw il-flus tat-taxxi.

L-Assoċjazzjoni qalet li l-Gvern ma jistax iżomm sigriet dettalji ta’ imjieg ta’ persuni li jaħdmu f’postijiet tax-xogħol tal-Gvern meta fl-istess nifs qed jimbutta ‘l quddiem it-trasparenza fil-pagi u li jkun hemm pagi ugwali bejn is-sessi.