Futbol Sport

Milan viċin li jiffirmaw il-goalkeeper ta’ Lille Mike Maignan

(Ritratt: EPA)

Fis-sigħat li ġejjin Milan mistennija jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Lille Mike Maignan għas-somma ta’ €15-il miljun.

Maignan kien strumentali fir-rebħ tal-Ligue 1 għal Lille wara 10 snin bil-goalkeeper jidher li se jkun qed jieħu post Gianluigi Donnarumma li ddeċieda li ma jġeddidtx il-kuntratt tiegħu mal-club tas-Serie A.

Il-goalkeeper Franċiż mistenni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin u bħalissa jinsab f’Milan fejn qed isirulu l-aħħar testijiet mediċi. Maignan huwa wkoll inkluż fil-lista finali ta’ Franza għall-Euro 2020

Donnarumma mistenni jħalli lil Milan wara li ma kienx hemm qbil fuq il-pagi u mistenni jissieħeb ma’ Juventus fejn se jkun offrut kuntratt ta’ €9 miljuni.