Il-coach ta’ Manchester City Pep Guardiola kien ivvutat bħala l-coach tas-sena mill-League Managers Association hekk kif dan l-istaġun wassal lil City għar-rebħ tal-Premier League kif ukoll fil-Carabao Cup filwaqt li nahr is-Sibt jilgħabu fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea.
Il-coaches l-oħra li kienu fil-votazzjoni kienu l-coach ta’ Leeds Marcelo Bielsa, il-coach ta’ Nowrich Daniel Farke, il-coach tat-tim tan-nisa ta’ Chelsea Emma Hayes, David Moyes il-coach ta’ West Ham u l-coach ta’ Leicester Brendan Rodgers.
Guardiola qal li jinsab kuntent li rebaħ dan l-unur għat-tieni sena konsekuttiva wara li għamel dan fl-istaġun 201718. Il-coach Spanjol faħħar lill-players tiegħu li kienu strumentali fir-rebħ ta’ dan l-unur u ddediekah lilhom.
Emma Hayes saret l-ewwel mara li kienet fost in-nominati għar-rebħ ta’ dan l-unur hekk kif għenet lil Chelsea jirbħu l-Women Super League u wasslet lit-tim tagħha sal-finali taċ-Champions League.
Fl-istess serata, l-coach ta’ Rangers, Steven Gerrard kien preżentat b’unur speċjali hekk kif Rangers rebħu l-kampjonat mingħajr telfa.
//= $special ?>