Il-Pulizija Brażiljana fl-aħħar sigħat arrestat lill-kap tal-mafja Taljan Rocco Morabito li hu magħruf ukoll bħala ‘is-Sultan tal-Kokaina ta’ Milan’. L-arrest, fil-belt ta’ João Pessoa, hu wkoll sinifikanti għaliex Morabito hu suspettat bħala l-mexxej tal-moviment ta’ ‘Ndrangheta li hu l-aktar grupp kriminali b’saħħtu fl-italja.
Rocco Morabito kien ilu mill-1994 fuq il-lista tal-aktar kriminali mfittxija mill-Italja. Hu kien spiċċa arrestat fl-Urugwaj fl-2017 iżda rnexxielu jaħrab mill-ħabs sentejn wara, waqt li kien qed jistenna l-estradizzjoni lejn l-Italja.
Morabito – li nqabad mill-pulizija waqt li kien qiegħed f’lukanda – kien ikkundannat għal 30 sena ħabs minn qorti tal-Italja fl-assenza tiegħu. Dan meta kienu arrestati wkoll żewġ barranin oħra ( wieħed minnhom) Taljan fl-istess azzjoni tal-pulizija Brażiljana.
//= $special ?>