Unjoni Ewropea

Sanzjonijiet mill-UE fuq il-Belarus wara l-arrest ta’ ġurnalist

L-Unjoni Ewropea se timponi projbizzjoni fuq linji tal-ajru tal-Belarus. Dan bħala reazzjoni għall-każ skandaluż tal-ġurnalist mill-Belarus illi inħataf waqt li kien fuq titjira tal-kumpanija Ryanair.

Il-ġurnalist, li hu magħruf għall-oppożizzjoni lejn il-President Lukashenko, għadu miżmum arrestat.

Is-sanzjonijiet li qablu fuqhom il-mexxejja Ewropej se projbizzjoni għal dawn il-kumpaniji tal-Belarus milli jtiru fi spazji tal-ajru Ewropej. Fl-aħħar sigħat, l-istati membri kollha qablu li linji tal-ajru Ewropej m’għandhomx joperaw lejn il-Belarus waqt li wiegħdu iktar sanzjonijiet ekonomiċi fuq dan il-pajjiż.

Il-mexxejja talbu wkoll għall-ħelsien immedjat tal-ġurnalist Roman Protasevich u s-sieħba tiegħu, filwaqt li sejħu għal investigazzjoni urġenti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni.

Ikkummenta