Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-PN kien u għadu t-tarka għall-persuni b’diżabbiltà u pijunier f’dan is-settur tant improtanti fis-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista qal li din il-liġi bdiet taħt gvern Nazzjonalista fl-1996 u spjega kif din ma kinitx enfażizzata fis-settur privat iżda biss fis-settur pubbliku.
Hu kompla li l-kwistjoni mhix l-ammont ta’ 2% impjegati għaliex il-prinċipju kostituzzjonali u l-ugwaljanza totali għandhom iwasslu għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u mhux biss biex tittaffa.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fiż-żminijiet tal-lum 2% tal-imjegati b’diżabbità ma jammonatx għal ammont li jelimina d-diskriminazzjoni. Għandhom ikunu l-persuni b’diżabbiltà kollha li jiebbnefikaw mill-inizjattivi.
Ivan Bartolo kompla li l-liġi hi infurzata u spjega kif hawn sidien li jippreferu jħallsu l-multa u ma jimpjegawx persuni b’diżabbiltà.
Hu staqsa kemm hawn kunsilli lokali li qed jimplimentaw din il-liġi tat-2% u qal li l-eżempju għandu jibda mis-settur pubbliku.
Dwar it-trasport għall-impjegati b’diżabbiltà, hu appella biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa u semma’ l-ħidma kbira li qed iwettqu l-entitajiet f’dan is-settur. Hu enfażizza l-importanza li l-persuni b’diżabbiltà jkunu indipendenti u qal li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom iktar kapaċitajiet minn ħaddiema oħra.
Id-deputat Nazzjonalista saħaq li hemm sidien li jixtiequ jimpjegaw persuni b’diżabbiltà iżda jkun hemm problemi ta’ trasport. Il-gvern irid isolvi din il-problema bl-istess mod kif it-tfal jitwasslu l-iskola.
Ivan Bartolo qal li kien staqsa lill-ministri kemm hemm persuni b’diżabbiltà jaħdmu fil-ministri iżda l-ministri kollha wieġbu bl-istes smod li ma jafux kemm hemm persuni b’diżabbiltà għax ma tinżammx statistika. Kif jista’ l-gvern jara l hemm osservanza ta’ din il-liġi meta lanqas il-gvern stess ma jaf kemm qed jimpjega persuni b’diżabbiltà?
Id-deputat Nazzjonalista kompla li importanti li jkun hemm awtorità li tara li l-liġijiet qed jitħarsu. Il-gvern qed juri mod iżda jagħmel mod ieħor, sostna Ivan Bartolo, li kompla li mhux minnu li l-gvern Laburista impjega 1,000 persuna b’diżabbiltà kif kien jgħid il-PL. Dan għaliex qd jingħaddu l-persuni b’diżabbiltà li jkunu sabu impjieg iżda reġgħu spiċċaw bla xogħol wara ftit.
Ivan Bartolo kompla li l-PN hu ta’ eżempju fis-settur tal-persuni b’diżabbiltà u spjega kif fi ħdanu għandu numru ta’ persuni b’diżabbiltà li jagħtu l-kontribut tagħhom.
//= $special ?>