Lokali

Telf ta’ 30 miljun ewro għall-Enemalta fis-sena 2020

Matul is-sena li ghaddiet, il-kumpanija Enemalta għamlet telf ta’ xejn naqas minn 30 miljun ewro.

Hekk irraportat il-gazetta Times of Malta it-Tlieta filgħodu, bil-kumpanija ma tikkummentax mat-Times meta giet mitluba aktar dettalji dwar dan it-telf li għamlet l-Enemalta fl-2020.

Kelliem ghall-kumpanija qal biss li minħabba l-pandemija u ħsarat li ġarrab l-interconnector, l-Enemalta kellha tbati minn spejjez straordinarji.

L-Agenżija Internazzjonali tal-credit ratings Standard&Poors, ikkonfermat ir-rating ta’ BB- ghall-kumpanija Enemalta … li huwa l-istess rating li l-Enemalta kellha fl-2019 meta kellna xenarju ekonomiku differenti minħabba li f’Marzu tal-2020 faqqet il-pandemija f’pajjizna.

Ir-rapport insista fuq il-fatt li fis-sena tal-pandemija, id-domanda għall-enerġija naqset b’4.5% minħabba li naqset l-attivita’ ekonomika speċjalment fit-turiżmu… u dan ikkwawża sfida akbar għall-Enemalta.

S’issa, il-Gvern ghadu ma ta ebda spjegazzjoni jew raguni specifika ghaliex l-Enemalta spiccat b’dan it-telf ta’ miljuni. Dan meta l-Enemalta tfisser il-hobza ta’ kuljum ghal ghexieren ta’ familji Maltin u Ghawdxin.

L-accounts tal-kumpanija ghas-sena 2019 ghadhom iridu jigu ppubblikati.