Kmieni dalgħodu fin-Naxxar seħħ fatt stramb ħafna meta mill-knisja instemgħu l-qniepen idoqq f’ħin mhux normali.
Dan qajjem kurżità kbira fost in-nies li inzertaw fil-pjazza tan-Naxxar f’dak il-ħin, u r-residenti li jgħixu fl-inħawi tal-knisja tan-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5am meta xi żgħażagħ allegatament ixxabtu ma’ scaffolding li hemm armat mal-knisja. Sorsi qalulna li dawn iż-żgħażagħ anke rnexxielhom idoqqu l-qniepen – iżda dan ma kienx konfermat minn naħa tal-Pulizija.
Fil-post waslu kemm uffiċjali mid-Distrett kif ukoll membri tas-CPD.
Fil-fatt, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jitilgħu għaż-żewġ żgħażagħ bl-użu tas-sellum tagħhom. U wara, ittieħdu l-għassa tan-Naxxar.