Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt ta’ Max Mosley

Ilbieraħ tħabbret il-mewt fl-eta’ ta’ 81 sena l-eks sewwieq Max Mosley li għal xi żmien mexxa u kien responsabbli mill-Federazzjoni Internazzjonali tas-Sewqan l-FIA

Il-mewt ta’ Mosley tħabbret mill-eks boss tal-Formula 1 – Bernie Ecclestone.

Max Mosley kien President tal-FIA bejn l-1993 u l-2009

Matul il-karriera għamel kampanja fuq dak li jixxandar fil-media wara li rebaħ kawża kontra News of the World li rrendietlu 60,000 lira sterlina.

Fil-perijodu ta’ presidenza tiegħu tal-FIA Max Mosley wettaq riformi drastici għal ħarsien tas-sewwieqa l-aktar wara l-mewt ta’ Ayrton Senna fl-1994

Bernie Ecclestone ikkummenta li l-mewt ta’ Mosley għaliħ hija daqs li kieku miet ħuħ. Huwa qal li l-kontribut ta’ Mosley fil-motorsport kien wieħed kbir fejn dejjem għamel dak kollu possibbli biex fl-industrija tas-sewqan tikber il-kuxjenza għal ħarsien tar-regolamenti u għal sport aktar sigur.