L-Aquatic Sports Association ħabbret l-iskwadra finali tat-tim nazzjonali Malti għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fi Grupp Ċ għall-Kampjonati Ewropej ta’ l-Irġiel ta’ taħt il-15-il sena tal-waterpolo. Dawn il-partiti se jkunu qed jintlagħbu f’pajjiżna fejn Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Islovenja u Franza.
Il-coach tat-tim nazzjonali Anthony Farrugia wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-mod ta’ kif prepara t-tim, bil-players Maltin ikunu mfaħħra għad-dedikazzjoni tagħhom, bl-iskwadra titħarreġ b’mod regolari bi tħejjija għal dawn il-partiti.
Malta trid tirbaħ partita waħda biex tikkwalifika għall-fażi finali li se jsiru f’Lulju li ġej f’Loule fil-Portugall, bin-numru ta’ gowls ukoll huwa fattur importanti hekk kif id-differenza ta’ gowls tkun meqjusa fir-riżultati wara li jintlagħbu l-logħbiet. Il-kompetizzjonijiet se jsiru wara bibien magħluqa iżda se jkunu qedin jiġu streamjati live fuq il-YouTube Channel tal-ASA.
L-iskwadra msejjħa hija:
Dale Galea Mule, Luigi Dimech, Isaac Azzopardi, Gabriel Bonavia, Jayden Cassar, Dean Bugeja, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar, Elihah Schembri, Cain Miguel Cutajar, Lee Montebello Brownrigg, Enrico Mallia, Myron Brimmer, Julian Chricop
Partiti ta’ kwalifikazzjoni: Il-Ġimgħa: Malta v Slovenja 6.30pm, Is-Sibt: Slovenja v Franza 6.30pm, Il-Ħadd: Malta v Franza 10.30am
//= $special ?>