EURO 2020 Sport

Wembley Stadium mistenni jospita 90,000 partitarju fil-Euro 2020

Wembley Stadium mistenni jospita 90,000 partitarju fil-Euro 2020 wara li mill-avvenimenti tal-massa li saru fl-aħħar ġimgħat fl-Ingilterra bħala prova wara l-pandemija tal-Covid-19 irriżultaw 15-il każ pożittiv minn 58,000 persuna li attendew dawn l-attivitajiet, bis-Segretarju tal-Kultura jsejjaħ dawn l-avvenimenti suċċess.

It-tim nazzjonali Ingliż se jkun qed jilgħab il-partiti tal-Grupp tiegħu kollha f’Wembley fejn se jintlagħbu wkoll is-semifinali u l-finali tal-kompetizzjoni.