Ewropa Lokali

Alex Agius Saliba jdabbar ċamata…u wara jieħu għalih

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba dalgħodu dabbar ċamata waqt is-seduta tal-Kumitat CONT – il-kumitat fejn jsir moniteragg tal-finanzjamenti u l-fondi Ewropej mgħotija lill-istati membri.

Waqt li kien għaddej dan il-kumitat tekniku, fejn jiġu diskussi fost l-oħrajn l-awditjar tal-fondi – Agius Saliba dehrlu li kellu joħroġ b’attakk partiġġjan.

Madanakollu ċ-Chairperson tal-Kumitat, Monika Hohlmeier, kellha tinterompieh u saħansitra waslet sabiex tgħidlu li jaf żbalja d-diskors jew saħansitra l-kumitat li kien fih.

Iżda din iċ-ċamata għal Alex Agius Saliba ma kienetx biżżejjed  hekk kif wara li kien imwiddeb miċ-Chairperson tal-Kumitat Ewropew…huwa xorta kompla n-narrattiva tiegħu, bil-konsegwenza li kellu jiġi mwaqqaf.

Agius Saliba, li jisħaq li huma oħrajn li jċappsu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna, ma kienx sodisfatt b’dak li seħħ tul il-Kumitat u għaldaqstant ħass li kellu jkompli jattakka lil Kumitat tal-CONT live fuq il-media soċjali, b’allegazzjonijiet fuq l-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti u b’attakk fuq Deputati Parlamentari Nazzjonalisti.  Imġieba deskritta minn bosta, ankè qrib il-Partit Laburista, bħala waħda mhux denja ta’ rapreżentant ta’ Malta fl-Ewropa li ma tagħmel l-ebda ġieħ għal pajjiżna.

Dan hu Alex Agius Saliba ftit wara ċ-ċamata