Lokali Qorti

Allegat traffikant tad-droga f’kawża Kostituzzjonali fuq laboratorju mhux akkreditat li jannaliżża s-sustanza

Raġel ta’ 58 sena minn Raħal Ġdid li mistenni jgħaddi ġuri fuq allegat traffikar ta’ sitt kilos droga kannabis ippreżenta rikors Kostituzzjonali minħabba li l-laboratorju li jannaliżża d-droga mhux akkreditat, kif mhuwiex akkreditat l-ispiżjar li għamel it-testijiet fl-2004 dwar id-droga.

Joseph Rizzo li jekk jinstab ħati li jeħel piena massima ta’ għomor il-ħabs qed ukoll jagħmel talba biex l-istqarrija mogħtija minnu waqt l-investigazzjoni u dik mogħtija minn persuna relatata mal-każ saret meta huwa ma kienx assistit minn avukat tal-fiduċja tiegħu. Dawn it-tliet lanjanzi huwa qed jikkontendi qegħdin jiksrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu għal smigħ xieraq.

Joseph Rizzo beda l-proċeduri għall-kawża kontra l-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, liema kawża mistennija tinstema’ aktar tard din is-sena. Fis- 27 ta’ Lulju 2004, Rizzo kien ġie arrestat fuq traffikar ta’ droga, u jumejn wara tressaq b’arrest fil-Qorti tal-Maġistrati.

Permezz tal-Avukati tiegħu Franco Debono, Marion Camilleri u Arthur Azzopardi huwa qed jgħid li n-nuqqas ta’ laboratorju mhux akkreditat, fejn ġiet annalizzata sustanza suspettuża li nstabet minn battery ta’ karozza, waqt investigazzjoni tal-Pulizija tista’ tbiddel ix-xenarju tal-każ.

Fl-ilment li għamel u li huwa ta’ natura kostituzzjonali huwa saħaq dwar l-importanza tal-annaliżżar tas-sustanza suspettata droga f’laboratorju mhux akkreditat. Mhux biss kien hekk dak u ż-żmien, iżda għadu hekk sal-lum. Sadanittant l-annaliżi lanqas saret minn spiżjar u li x’aktarx fiż-żmien tal-każ lanqas hu ma kellu akkreditazzjoni speċifika sabiex jeżegwixxi dawn l-istess testijiet.

Ir-rikors jgħid li dawn il-fatturi huma ta’ periklu kbir u dan peress li l-analiżi tas-sustanza, speċjalment meta hija determinanti fi proċeduri bħal ma qed ikun mistenni jiffaċċa Rizzo fejn il-piena li jġorru r-reati addebitati lilu huma dawk ta’ għomor il-ħabs, biex il-ġustizzja ssir għandu jkun garantit b’riżultati ċerti, inekwivoki u faċilment verifikabbli.

Huwa qal li għandu jiġi mfakkar li l-analiżi li mistenni jagħmel spiżjar hija fattur determinanti peress li teħtieġ sengħa speċjali u kollox idur fuq l-opinjoni tiegħu, liema opinjoni l-akkużat ma jistax jirribatti permezz ta’ esperti tiegħu kuntrarju għal dak li jiġri f’ġurisdizzjonijiet oħra.

Għalhekk dan il-proċess ta’ akkreditament doppju, huwa assolutament neċċessarju peress li b’dan il-mezz biss jista’ joħloq is-serħan tal-moħħ, kemm għal min qiegħed jiġġudika u kemm għall-akkużat, li jfisser li tali proċess għandu jkun konsistenti.

Tenna wkoll li fost oħrajn għandu jkun hemm ċertezza u s-serħan tal-moħħ fi ġbir ta’ analiżi, kif ukoll li t-testijiet, u l-proċeduri l-oħra kollha, li saru fuq is-sustanza allegata droga, ġew eżegwiti b’mod tajjeb, korrett, preċiż u b’mod professjonali. Dan ma jista’ jsir qatt f’laboratorju mhux akkreditat u ma jista’ jsir qatt minn persuna mhux akkreditata.

“Il-kriterji u l-istandards li jeżistu, u li anke joħorġu mill-istandards Ewropej ma nafux jekk kienu segwiti, u jekk ġewx implimentgati, u dan għax mhemm xejn dokumentat fir-rapport f’dan ir-rigward u anqas ma hemm dokumentat xi tip ta’ ċertifikazjoni li turi li tali laboratorju fejn ġiet annaliżata d-droga kien akkreditat, fil-verità lanqas sa issa m’għadu akkreditat”, saħaq Rizzo.

L-annalizżar minn spiżjar mhux akkreditat f’laboratorju, jfisser li mhumiex qegħdin jiġu segwiti l-istandards, anke dawk Ewropej għal kif għandom jsiru l-affarijiet. L-annaliżi tas-sustanza, kif għandu jsir l-eżami tad-droga, l-istrumenti kif għandhon jiġu kalibrati u l-ambjent ta’ fejn qegħda ssir l-analiżi, fost fatturi oħra kollha jwasslu, biex jinħoloq dubju serjissimu fuq l-istess eżami tad-droga u evetwalment tar-rapport tal-istess ‘spiżjar’.

Ir-rikors jgħid ukoll li l-analizi tas-sustanza għandha mpatt qawwi fil-proċeduri, u dan minkejja li kemm l-akkużat u l-ġudikant ma jista’ qatt ikollhom is-serħan tal-moħħ illi tali eżamijiet saru, kif rikjest. Fil-fatt la fix-xhieda tiegħu u lanqas tal-ispiżjar minnu ppreżentat ma kien hemm l-ebda tip ta’ ċertikat u/jew dokumentazzjoni li juri li tali annaliżżar ġie akkredit minn istituzzjoni barranija.

Permezz ta’ Council Framework Decision datata 30 ta’ Novembru 2009, l-Istati membri intalbu li r-riżultati tal-attivitjiet fil-laboratorji mwettiqn minn fornituri ta’ servizzi forensiċi akkreditati fi stat membru, jridu jiġu rikonoxxuti mill-awtorijiet responsabbli għal prevenzjoni

Saħaq ukoll dwar l-importanza l-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali bħala ugwalment affidabbli daqs ir-riżultat tal-attivitajiet tl-laboratorji mwettqin minn fornituri ta’ servizzi forensiċi fi ħdan kull stat membru ieħor.
Dwar id-dritt tal-assistenza legali, ngħad li fl-2004, il-liġi ma kinitx tipprovdi għad-dritt tal-assistenza legali għall-arrestati, u li għalhekk dak kollu li sar b’dan il-mod f’dawn iż-żmienijet jiskru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.