Futbol Sport

Antonio Conte jħalli lil Inter ftit jiem wara r-rebħ tas-Serie A

Antonio Conte u Inter laħqu ftehim biex ikun itterminat il-kuntratt ta’ Conte mal-club. Jidher li dan seħħ wara diżgwid bejn l-istess coach u l-president ta’ Inter Steven Zhang.

Rapporti fil-midja internazzjonali indikaw li Zhang talab lil plejers u lil Conte tnaqqis ta’ 20% fis-salarji tagħhom filwaqt li jridu jiġġeneraw tal-inqas €86 miljun minn bejgħ ta’ plejers biex jevitaw sitwazzjoni finanzjarja prekarja.

Conte kellu żewġ staġuni pożittivi ma’ Inter fejn mexxijhom għal finali fl-Ewropa fl-2020, filwaqt li dan l-istaġun waqqaf id-dominanza ta’ disa’ snin ta’ Juventus, b’ Inter jirbħu s-Serie A wara ħdax-il sena.

Inter mistennija jħallsu lil Conte madwar €7 miiljuni, bil-favoriti li joħdulu postu jkunu Simone Inzaghi u Massimiliano Allegri.