Lokali Parlament

Apap Bologna ma jweġibx dwar flus minn korruzzjoni bejn kumpanija tiegħu u 17 Black

Ix-xhud Paul Apap Bologna, li kien direttur tal-Electrogas ma weġibx mistoqsijiet diretti tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquiulina dwar rabtiet ta’ korruzzjoni u flus li ġew mill-korruzzjoni li għaddew bejn kumpanija ta’ Apap Bologna fl-Emeriati Għarab Magħquda u l-kumpanija ta’ Yorgen Fenech 17 Black.

Paul Apap Bolgona llum waranofsinhar kompla jixhed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwr ir-rapprt tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.

Il-PAC kien presedut mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u għall-Oppożizzjoni ħadu sehem Karol Aquilina u Ryan Callus waqt li għall-Gvern ipparteċipaw il-Whip Laburista Glenn Bedingfield, il-Ministru Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u d-deputat Laburista Ian Castaldi Paris.

Jirriżulta li x-xhud Paul Apap Bologna baqa’ ma ppreżentax id-dokumenti mitluba lilu bil-President tal-Kumitat Beppe Fenech Adami jirriferi għar-regoli tal-kumitati tal-parlament inkluż il-PAC li jispeċifiax li x-xhieda wkoll obbligati li jippreżentaw id-dokumenti mitluba. Dwar dan, ix-xhud wieġeb li kien ġab dawn id-dokumenti mitluba miegħu iżda kellu jispjega xi affarijiet dwarhom.

Beppe Fenech Adami qal li din mhix id-dokumentazzjoni mitluba fl-aħħar seduta tal-PAC fosthom il-ftehim dwar it-trasferiment ta’ 10% tal-ishma lil Yorgen Fenech.

Fl-ispjega tiegħu Apap Bolgona qal li ma jeżistux id-dokumenti li kien tkellem dwarhom dwar l-għoti ta’ 10% tal-ishma lil Yorgen Fenech u li kien żbalja meta qal dan fl-aħħar seduta. Hu qal li Yorgen Fenech kien fil-fatt ħallas għal dawn l-ishma u ma ngħatawx lilu u sostna li dan seħħ minħabba li Yorgen Fenech kellu intress personali fil-proġett.

X’sens tagħmel li Yorgen Fenech ingħata 10% tal-ishma personalment flok jingħataw lil Tumas Group? staqsa Beppe Fenech Adami. L-aħħar darba għidtilna storja differenti; meta kont qed tigdeb? L-aħħar darba jew illum?, staqsa Karol Aquilina. Apap Bologna ammetta li kien għamel żball fl-aħħar seduta.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina oġġezzjona li l-Avukat Gianella de Marco tibqa’ tissuġġerixxi t-tweġibiet lix-xhud bid-deputati Laburisti jappoġġjaw il-pożizzjoni tax-xhud li għandu d-dritt li ma jweġibx. F’dan l-istadju Beppe Fenech Adami rrimarka li Paul Apap Bolgona kien spiċċa b’ħames avukati fil-PAC. Beppe Fenech Adami insista li r-rulings tal-Ispeaker jispeċifikaw ċar li x-xhud irid iwieġeb il-mistoqsijiet.

L-Avukat de Marco nsistiet li għandha dritt tgħid lix-xhud ma jweġibx ċertu mistoqsijiet u staqsiet jekk Paul Apap Bolgona hux qed ikun investigat. Beppe Fenech Adami wieġeb li ma jistax jagħti dawn il-garanziji.

Meta wieġeb mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, Paul Apap Bologna qal li Yorgen Fenech kien ħallas €1,200 biex daħal fil-kumpanija u f’dan in-negozju daħal bi ħlas ta’ €200. Mid-9 ta’ Marzu sat-8 ta’ Mejju 2013 kienu qed isiru laqgħat dwar il-partijiet involuti fil-proġett. Karol Aquilina insista għal kjarifika dwar kif fl-10 ta’ Mejju 2013 l-Electrogas ppreżentat il-proposta lill-Enemalta iżda l-Electorgas twaqqfet fit-12 ta’ Ġunju 2013. Paul Apap Bologna wieġeb biss li kien hemm memorandum of understanding iżda ma weġibx fid-dettall.

Ix-xhud spjega kif kien mar għand Yorgen Fenech bil-proġett wara li kien sema’ mill-media li l-PL kien se jmur lejn il-proġett tal-power station. Yorgen Fenech ma kienx kumpensat, sostna Apap Bologna, li kompla li l-exposure fl-Electrogas kien €430 miljun.

Beppe Fenech Adami qal jirriżulta li Gasan Group ried joħroġ mill-konsorzju għaliex hemm implikazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu sostna li kieku ma sarx il-proġett tal-Electrogas u l-mod kif sar, Caruana Galizia ma nqatlitx. Kieku Apap Bologna ma ppermettiex li l-affarijiet isiru kif saru, kieku l-affarijiet ma waslux fejn waslu fil-pajjiż, sostna Beppe Fenech Adami.

Glenn Bedingflied qal li wara din id-dikjarazzjoni, Beppe Fenech Adami għandu jmur għand il-pulizija. Il-whip Laburista staqsa lix-xhud jekk qattx kien investigat dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia bix-xhud wieġeb fin-negattiv.

Paul Apap Bolgona qal li mhux ċert meta twaqqfet Electrogas u spjega li bejn l-2006 u l-2009 kien qed jitkellem mal-gvern dwar l-enerġija. L-ishma tal-Gasoil inqasmu bejn l-azzjonisti, sostna x-xhud, li qal li Gasoil kellhom pariri minn kumpaniji Amerikani.

Karol Aquilina sostna li meta Gasoil ħarġu mill-proġett, Yorgen Fenech innegozja ma Ram Tumuruli u Mark Pauli biex jixtru l-ishma tal-Gasoil. Yorgen Fenech kien qed jinnegozja ma’ dawn il-persuni biex jidħlu bi sħab. Dwar dan, Apap Bologna qal li m’għandux informazzjoni.

Mistoqsi mid-deputat Nazjzonalista Ryan Callus, Apap Bologna wieġeb li kien jaf li Gasoil kienu se joħorġu mill-proġett.

Għal iktar mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dwar jekk għandux kumpaniji oħra barra minn Malta, jekk hux dilettant tal-baħar, jekk marx fuq xi dgħajsa ma’ xi ħadd, jekk kellhomx dgħajjes fil-familja, x’kien jisimha d-dgħajsa ta’ missieru, jekk din kienx jisimiha ‘Għasfur’ jew ‘Kittiwake’, kellux kumpanija ‘Kittiwake’ fl-Emirati Għarab Magħquda, jekk din twaqqfitx li wara li twaqqfet il-kumpanija17 Black, jekk għaddewx flus mill-korruzzjoni tal-Electrogas f’din il-kumpanija, jekk hu għaddiex flus lil ħaddieħor minn din-kumpanija, xi ftehim kellu ma’ Yorgen Fenech u lil min ħallas minn Kittwake, l-Avukat Gianella de Marco qalet li r-ruling tal-Ispeaker qed ikun sfidat fil-Qorti Kostituzzjonali għax imur kontra d-drittijiet tal-bniedem.

Il-kumitat kien aġġornat għal nhar l-Erbgħa li ġej.