Lokali Parlament

Appell għal għajnuna lil iktar każini tal-baned

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex il-gvern jgħin ukoll lil għaqdiet tal-każini tal-baned li qed ikollhom iħallsu kirijiet b’rati kummerċjali li qed ġibu piżijiet kbar fuq il-membri.

Hu qal li l-Każin ta-Banda ta’ Raħal Ġdid qed jiffaċċja żgumbrament u kein appella beix il-gvern jixtri din il-propjetà u jinkera lilu lis-Soċjetà konċernata. Il-gvern qed jikkunsidra din il-proposta.

Hu qal li f’Raħal Ġdid hemm it-tieni Każin tal-Banda Kristu Sultan li qed jappellaw biex il-gvern jassistihom fil-kirja kummerċjali li huma qed iħallsu fuq il-każin tagħhom. Dan qed iġib piż finanzjarju kbir fuq il-membri.

Jason Azzopardi qal li l-PN ma jitkellimx biżżejjed fuq il-ġid li għamel u spjega kif għad hawn familji jgħixu b’konvenju. Kien il-gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-2013 li beda jagħmel ġustizzja mas-sidien li nsterqitilohm l-art fil-bidu tat-tmeninijiet.

Il-Gvern Laburista kien jidħol fl-art privata, jagħmel espropriju, jieħu l-art, itiha lil persuni oħra u jsir il-bini llegali. Is-sidien tal-artijiet għadhom ma tħallsux ta’ din l-art.

Gvern Nazzjonalista għin 600 familja f’diversi lokalitajiet b’iktar minn €6 miljuni biex tħallsu s-sidien u solva din il-problema. Hu staqsa kemm il-gvern għamel minn dawn l-inizjattivi fl-aħħar tmien snin minflok berbaq il-flus fil-korruzzjoni.