Lokali Qorti

Avukat jisħaq li n-nuqqas ta’ faċilitajiet għall-ittestjar tad-droga huwa problematiku

Avukat li ddefenda koppja mixlija b’akkużi aggravati tad-droga argumenta li Malta m’għandha l-ebda faċilitajiet akkreditati għall-ittestjar tad-droga, u ddeskriva dan il-fatt bħala wieħed “problematiku” għall-akkużat. Ħaddiem tal-kostruzzjoni li għandu 30 sena, Matthew Debono u s-sieħba tiegħu, Josette Azzopardi li taħdem bħala ‘nail technician’, it-tnejn minn Ħal Qormi ġew arrestati mill-pulizija li esegwew mandat fit-8 ta’ Marzu li għadda.

44 qartas suspettati ta’ kokaina u eroina nstabu fid-dar tagħhom, l-ispettur Marshall Mallia ressaq lill-koppja quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, li qal li nħatret inkjesta u li l-marki tas-swaba ta’ Azzopardi u d-DNA ta’ Debono nstabu fuq barra tal-qratas in kwistjoni.

Debono u Azzopardi wieġbu li mhumiex ħatja permeżż tal-avukati difensuri tagħhom Mario Mifsud, Matthew Xuereb, u Christian Camilleri. Mifsud talab il-libertà proviżorja u l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għax ma kienx hemm xhieda ċivili biex jixhdu f’dan il-każ.

Huwa qal li l-akkużati jgħixu flimkien u għandhom t-tfal. Huma tressqu separatament bl-Avukat Mifsud jinforma lill-qorti li l-koppja ilhom fuq police bail għal 3 xhur u kienu obdew l-ordnijiet mingħajr problemi. “S’issa għandna qartas bid-DNA misjub fuq in-naħa ta’ barra tiegħu,” irrimarka l-avukat, li żied li skont bidliet fil-liġi, koppji li jikkoabitaw anki jekk mhux miżżewġin, ma jistgħux jiġu mġiegħla jixhdu kontra xulxin.

L-Ispettur Mallia qal lill-qorti li l-aħjar evidenza f’dan il-każ ma kinitx ix-xhieda tagħhom u ddikjara li l-akkużati mhux se jiġu mitluba jixhdu kontra xulxin. Barra minn hekk, sostna Mifsud, l-akkużat kien ħareġ dikjarazzjonijiet li juru d-dinamika tal-każ u l-evidenza ġiet ikkonservata.

“Sfortunatament, m’għandniex laboratorju biex nittestjaw is-sustanzi, u dik hija problema oħra.” Mhix l-ewwel darba li lment bħal dan sar fil-qrati Maltin. Il-qorti wara li aċċertat mal-prosekuzzjoni li l-libertà proviżorja ma kinitx qed tiġi oġġezzjonata minn naħa tagħha, tat il-libertà proviżorja lill-koppja u ordnatilhom jiffirmaw fl-għassa tal-Pulizija f’intervalli regolari, filwaqt li josservaw curfew u jassiguraw il-pleġġ tagħhom billi jiddepożitaw €1,000 u jagħmlu wkoll tajjeb b’garanzija personali ta’ €5,000.