David Thake, PN
Id-deputat Nazzjonalista insista li Carmelo Abela għandu jirriżenja minn ministru minħabba r-rapporti li hu kien involut fl-attentat ta’ serqa minn bank.
Fl-Aġġornament tal-parlament llejla David Thake qal li Carmelo Abela għamel investigazzjoni dwar l-infieq ta’ fondi pubbliċi għall-Eurovision iżda mhux jgħid jekk hux se jagħti lura s-€7,000 li nefaq r’riklami għalih personali minn flus il-poplu.
Hemm ukoll l-akkużi serji li qed isiru fil-konfront tal-Ministru Abela. Il-każ tar-riżenja tal-Ministru Anela għandu jinfetaħ u jingħalaq immedjatment għax f’kull demokrazija tal-punent, ministru bħal Carmleo Abela kien jirriżenja immedjatament.
Il-Ministru Abela qed jiffaċċja akkużi li kien il-kuntatt fil-bank tal-HSBC f’attentat ta’ serqa tal-bank 10 snin ilu. Il-Kummissarju tal-Pulizija irrifjuta li jgħid jekk Carmelo Abela hux qed jiġi investigat għalkemm il-Ministru Abela qed jgħid li hu innoċenti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dak li għandu x’jaqsam hu r-responsabbiltà politika u mhux jekk hemm ħtija jew le għaliex dan hu xogħol il-pulizija.
Dan kollu filwaqt li l-Ministru Ian Borg kellu xhieda fil-qorti mhux emmnuta mill-maġistrat bl-implikazzjoni li ħa propjetà ta’ raġel vulnerbbli, il-Ministru Owen Bonnici għadda minn fuq id-dritt tal-espressjoni meta ordna li jitnaddaf il-memorial ta’ Daphne Caruana Galizia, il-ministri Michael Farrugia u Michael Falzon ssemmew mil-NAO dwar l-iskandlu ta’ San Vinċenz, il-Ministru Justyne Caruana li tat kuntratt lis-sieħeb tagħha li l-Prim Ministru stess waqqfu għax kien ħażin. Dan kollu qed jikkaġuna ħsara kbira lid-dehra ta’ Malta.
//= $special ?>