Il-coach ta’ Lille Christopher Galtier ħalli liċ-champions il-ġodda tal-Ligue 1 jumejn biss wara li dawn rebħu t-titlu. Galtier, li għandu 54 sena, għin lil Lille jirbħu l-ewwel Ligue 1 wara għaxar snin, fejn spiċċaw b’punt aktar minn PSG fil-klassifika.
Galtier stqarr li hu jħoss li żmienu ma’ Lille għamlu u diġa qed ikun msemmi ma’ timijiet Franċiżi oħra fosthom Lyon u Nice. L-aħbar tar-riżenja tiegġu waslet wara li tard it-Tlieta filgħaxija wara li l-plejers u l-istaff ta’ Lille ħadu sehem f’ ċelebrazzjoni flimkien mal-partitarji tagħhom fiċ-ċentru ta’ tal-belt.
Galtier kien ħa f’idejh it-tim ta’ Lille fl-2017 wara li Marcelo Bielsa, fejn kienu f’periklu li jiġi relegati. Minkejja dan, wara li rnexxielu jżommhom fl-ogħla diviżjoni Franċiża, hu mexxa lil Lille għat-tieni u r-raba’ post fiż-żewġ staġun ta’ wara, biex finalment rebħu t-titlu dan l-istaġun.
//= $special ?>