Sport Sport Ieħor

Dan Martin jirbaħ is-17-il stadju tal-Giro D’Italia

Dan Martin ta’ Israel Start up Nation rebaħ is-17-il stadju tal-Giro D’Italia biex b’hekk rnexxielu jirbaħ stadju fit-tliet grand tours taċ-ċikliżmu. Fit-tieni post daħal Joao Almeida filwaqt li fit-tielet psot temm SImon Yates ta’ Team BikeExchange. Diego Ulissi u Damiano Caruso temmew fir-raba’ u l-ħames post, Daniel Poveda ta’ Ineos Grenadiers jtemm fis-sitt post.

Egan Bernal Gomez rnexxielu jidħol biss fis-seba’ post segwit minn Antonio Pedrero u Pello Bilbao Lopez De Armentia fit-tmien u d-disa’ post rispettivament. Fl-għaxar post temm George Bennett ta’ Jumbo-Visma.